Futbol Sport

Gowl f’kull taqsima biżżejjed għal Napoli f’Verona

(Ritratt: sport.sky.it)

Wara li kienu ġejjin mir-rebħ tal-Coppa Italia, f’logħba miftuħa, Napoli fi Stadio Marc’Antonio Bentegodi għelbu lil Verona 2-0. Minkejja li Napoli kkontrollaw il-pusses, kienu Verona li fit-23 minuta resqu qrib li jiftħu l-iskor permezz ta’ Valerio Verre li minn qagħda tajba tefa’ barra.

Napoli fetħu l-iskor fit-38 minuta meta wara cross preċiż ta’ Matteo Politano kien MILIK li bir-ras għeleb lil Silvestri. Verona ħasbu li ġabu d-draw fil-61 minuta kiena Marco Davide Faraoni li għeleb lil Ospina bir-referee jħassar il-gowl għal fawl wara deċiżjoni tal-VAR. Napoli aċċertaw mir-rebħa fid-90 minuta  meta wara cross ta’ Ghoulam, din id-darba kien HIRIVING LOZANO li għeleb lil Silvestri.

F’partita importanti għal SPAL fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni, huma tilfu kontra Cagliari 1-0 bil-gowl jasal lejn it-tmiem. Cagliari resqu viċin li jiftħu l-iskor fid-29 minuta meta Joao Pedro bir-ras naqas milli jimpenja lil Karlo Letica. It-tieni taqsima kienet nieqsa mill-azzjonijiet b’Calgiari dehru xi ftit aħjar mill-avversarji. Fit-85 minuta resqu viċin permezz ta’ Petagna li minn qagħda komda xeħet barra. Cagliari baqgħu jisfurzaw sat-tmiem u fit-93 minuta kien GIOVANNI SIMEONE li b’daqqa ta’ ras ta tliet punti lit-tim ta’ Walter Zenga.