Sport Sport Ieħor

Iċ-ċiklista Nazzjonali Christian Formosa nvolut f’inċident tat-traffiku

Id-darbtejn Champion Nazzjonali tat-Tiġrijiet tat-Triq u ċiklist mat-tim The Cyclist Christian Formosa, kien involut f’inċident waqt it-taħriġ tiegħu fi Triq Tul il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq ftit tal-ġranet ilu.

Il-Federezzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fi stqarrija wriet id-dispjaċir tagħha filwaqt li awgurat lil Formosa fejqan ta’malajr sabiex jerġa jirritorna ma’ sħabu ċ-ċiklisti.

Christian Formosa li huwa wkoll għażla awtomatika fit-tim Nazzjonali Malti wera l-apprezzament tiegġu u rringrazzja lil kull min esprima messaġġi ta’ kuraġġ u simpatija  filwaqt li qal li se jagħmel ħiltu kollha biex jerpa jirritorna lura ma’ sħabu fuq ir-rota.