Lokali Parlament

Il-Ministru Bartolo jibqa’ jattakka lill-gvern dwar il-korruzzjoni u qarnit mafjuż…jammetti li l-gvern qiegħed “ottu”

Dispjaċut b’dak li qed iseħħ llum; propju fil-100 sena mit-twaqqif tal-PL

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo llum fil-parlament kompla jattakka lill-gvern Laburista dwar il-każi ta’ korruzzjoni u issa inkluda wkoll lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat għax m’għamel xejn quddiem il-korruzzjoni u l-“qarnit mafjuż”. Dan filwaqt li ammetta li l-gvern qiegħed “ottu”.

Din id-dikjarazzjoni l-Ministru Bartolo għamilha fil-parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tal-Kap tal-PN Adrian Delia u tad-deputati Nazzjonalisti Carm Mifsud Bonnici u Karol Aquilina dwar l-iskandlu tal-Montenegro u dwar id-dikjarazzjonjiet riċenti li għamel l-istess Ministru Bartolo.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li gazzetti rraportaw li l-Kabinet kien informat mill-ex Kummissarju tal-Pulizija rigward l-iskandlu tal-Montenegro. Hu staqsa jekk dan hux minnu u jekk hux jappoġġja s-sitwazzjoni li fiha l-persuni konċernati għadhom parti mill-gvern.

Il-Kap tal-PN staqsa wkoll dwar il-Libja l-immigrazzjoni fejn intqal li se jsiru ċentri fil-Libja u f’Malta u dwar meta se jsiru, min se jħallas għalihom, min se jmexxiehom u lil min se jilqgħu u meta se jibda x-xogħol.

Il-Ministru Bartolo qal li ma jistax jitkellem fuq dak li jiġri fil-kabinett iżda hu sar jaf meta ħareġ ir-rapport tal-gazzetti.

Hu sostna li l-PN qed jattakkah b’ipokrezija u diżonesta u żied li hu tkellem fuq il-qarnit mafjuż li kisser il-pajjiż li l-aħħar tliet prim ministri ma ħadux passi kontriehom. Kien biss Alfred Sant li ħa l-passi, sostna l-Ministru Bartolo, li kompla li bħalissa l-gvern qiegħed “ottu” u l-PN qiegħed “ottantottu”!

Il-Ministru Bartolo qal li ċ-ċentri tal-immigrazzjoni se jkunu ċentri ta’ koordinazzjoni fejn min hu responsabbli għall-immaniġġjar tal-fruntieri jkun jista’ jikkordina mal-awtoritajiet Libjani. Il-pjani huma li dawn jibdew f’Lulju u fihom se jkun hemm tliet persuni f’kull wieħed.

Il-Ministru Evarist Bartolo qal li hu ma marx il-Montenegro u sostna li talab li jkunu investigati l-affarijiet fejn jidher li m’hemm bażi għalxiex jipproċedi kontra l-ambaxxatur Malti għall-Montenegro.

Hu qal li jaħseb li jrid isir ħafna iżjed xogħol u minn Jannar qed isir xogħol biex jinbnew sistemi ta’ governanza aħjar. Il-poltiċi għandhom jerfgħu responsabbilta kbria bl-imġeiga dwar il-kwistjoni tal-korruzzjoni iżda fil-pajjiż hawn diversi eetturi, inkluż il-ġudikatura, l-avukati, il-knisja huma responsabbli wkoll għall-mod kif il-pplu jġib ruħu, sostna l-Ministru Bartolo. Il-Ministru Bartolo sostna li r-responsabbiltà hi ta’ kulħadd. Inħosnsi dispċajir ħafna b’dak li għaddej propju fl-okkażjoni tal-100 anniversarju mit-twaqqif tal-Partit Laburista, sostna Evarist Bartolo.

Karol Aquilina staqsa dwar l-investigazzjoni li qed issir u min qed jagħmilha. Hu staqsa meta l-Ministru Bartolo saru bil-każ tal-Montenegro.

Il-Ministru Barolo wieġeb li mhix issir investigazzjoni formali dwar dan il-każ iżda qed ikun analizzati l-affarijiet. Hu qal li ma jkollu l-ebda problema jneħħi lill-ambaxxatur Malti jekk ikun hemm bażi. Il-Ministru Bartolo kompla li hu sar jaf bil-każ tal-Montenegro dan l-aħħar u mhux minnu li ingħatat informazzjoni f’xi fora jew oħra li hu kien fiha.