Lokali

Isejħu Grupp Parlamentari biex ikeċċu lil Konrad Mizzi; l-eks Ministru jgħid li se jżomm postu

Sagħtejn oħra se jitlaqqa’ l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv tal-PL biex ikeċċu lill-eks Ministru Konrad Mizzi.

Mizzi jidher li qed jirreżisti, u għalhekk l-Eżekuttiv u l-grupp Parlamentari se jitlaqqa’ fis 7pm biex ikeċċuh.

Net News hu infurmat ukoll li fil-Parlament ftit tal-ħin ilu Robert Abela għadu kif kellu laqgħa mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Dan jidher biċ-ċar li l-qiegħa qed tisħon fi ħdan il-Grupp Parlamentari.

Intant, f’post fuq il-media soċjali, l-eks Ministru Konrad Mizzi qal li ma jaqbilx li għandu jwarrab fuq “spekulazzjonijiet” Hu qal li l-Prim Ministru talbu jwarrab, iżda hu ma jaqbix.

“Jien se nibqa’ leali lejn il-Partit Laburista u nkun il-vuċi tal-Kostitwenti tiegħi”, stqarr Konrad Mizzi fuq Facebook.

Konrad Mizzi baqa’ jiċħad bl-iktar mod kategoriku l-involviment tiegħu fi kwalunkwe allegazzjoni ta’ interess personali fil-proġett tal-Montenegro.

Mizzi qal li ma jaqbilx li persuna tintalab twarrab mingħajr ma tinstema’ u mingħajr ma tingħata l-opportunità li tiddefendi ruħha.

Saħaq li l-lealtà tiegħu se tibqa’ lejn il-Partit Laburista.