Futbol Sport

Juventus jilħqu qbil ma’ Barcelona dwar it-trasferiment ta’ Arthur

(Ritratt: EPA)

Juventus laħqu qbil dwar it-trasferiment tal-plejer ta’ Barcelona Arthur għas-somma ta’ €80 miljun.

Minkejja li ntlaħaq qbil dwar is-somma ta’ flus li għandha titħallas, ix-xewqa ta’ Arthur hi li jibqa’ fil-Camp Nou u jiġġieled għal postu b’Barcelon jinsabu f’diskussjonijiet biex jiffirmaw lill-midfielder mill-Bosnija Miralem Pjanic.

Il-midfielder Brażiljan ta’ 23 sena ssieħeb ma’ Barcelona fl-2018 mingħand Gremio fejn sabha diffiċli sabiex jsib postu b’mod regolari u lagħab biss 46 partita fejn skorja tliet gowls.