Lokali Parlament

L-effett tal-COVID-19 kien iktar qawwi fuq in-nisa fix-xogħol

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li l-effett tal-COVID-19 kien iktar qawwi fuq in-nisa li jaħdmu minħabba li f’dan is-settur diġà kien hemm problemi.

Fil-parlament il-miri tal-Jobsplus huma li jiżdied ix-xogħol u jonqos il-qagħad iżda jeħtieġ li tibda ssir riferenza għall-kwalità tal-ħajja.

Hi sostniet li l-PN kien daħħal iċ-child care fil-porgamm elettorali tiegħu u għalhekk jaqbel ma’ din l-inizjattvia iżda wasal iż-żmien li l-pajjiż jifhem l-effett ta’ dan is-servizz. L-NSO, fil-Jum Dinji tal-Mara 2019, qalet li fil-livell ta’ managers hemm iktar irġiel milli nisa; 16,140 raġel u 6,492 mara.

Dan juri li l-investiment fl-edukazzjoni mhux isarraf f’xogħol ta’ kwalità. Fil-professjonisti, in-nisa għandhom il-flessibbiltà fejn hawn is-sitwazzjoni hiw aħda li fiha hemm 19,852 raġel u 18,648 mara. Imbagħad fil-faxxa li taqla’ inqas flus hemm iktar nisa; din hi problema li trid tkun indirizzata.

Fil-gender pay gap Malta tinsab f’sitwazzjoni agħar mill-medja Ewropea fejn anki n-nisa li jitħallsu bis-siegħa jitħallsu inqas mill-irġiel. B’kuntrast ma’dan, fl-UE 60% tal-gradwati huma nisa. Il-bilanċ meħtieġ hu valur, sostniet id-deputat Nazzjonalista.