Wara li sarulu numru ta’ testijiet, ġie kkonfermat li l-injur tal-gowlkiper Ġermaniż ta’ Arsenal Bern Leno mhix serja daqskemm kien maħsub fil-bidu u mistenni jdum nieqes mill-azzjoni għal sitt ġimgħat.
Leno weġgħa fit-telfa li Arsenal sofrew kontra Brighton nhar is-Sibt li għadda wara li niżel ħażin meta ħareġ għall-ballun bil-plejer ta’ Brighton Maupay deher itellef lill-Ġermaniż.
Intant Arsenal ħabbru li l-attakkant żagħżugħ Brażiljan Gabriel Martinelli sofra injury fil-cartilage li mistenni tħalli barra mill-azzjoni għall-bqija tal-istaġun.
//= $special ?>