Lokali Qorti

Mhux ħati ta’ feriti gravi fuq raġel u feriti ħfief fuq mara wara ġlieda

Raġel ta’ 59 sena mill-Ħamrun ma nstabx ħati li kkaġuna feriti gravi fuq raġel ieħor u feriti ħfief fuq mara f’Settembru tal-2018. Il-ġlieda bdiet  meta ċertu  Clyde Cassar ħareġ jarmi borża bl-iskart barra u ken hemm l-akkużat Joseph Cauchi qed iserrahlu mal-karozza.

Dan qallu “għalfejn qed iserraħli mal-karozza ?” Inqala’ battibekk fejn qallu “din tiegħek jew mhux tiegħek ?” u hafna paroli fil-vojt u gew fl-idejn”. Il-Qorti qalet li ma setgħetx issib ħtija fil-konfront ta’ Cauchi minħabba l-fatt li ma hemmx prova suffiċjenti skont il-liġi dwar dak li seħħ.

Il-każ kien seħħ fid-9 ta’ Settembru 2018 għall-ħabta tas- 6:30pm, fi Triq Maitland Hamrun. Il-ġlieda eskalat tant li spiċċat agressiva fejn anke ċerta Josette Sammut mill-Ħamrun weġgħet ħafif.  

Is-Surġent Anthony Cassar qal fil-Qorti li ġie nfurmat b’telefonata anonima li kien hemm argument u li sakemm huwa bagħat in-nies fuq il-post kienu marru l-għassa t-tliet persuni nvoluti fil-ġlieda.

Mar Joseph Cauchi, kif ukoll  Clyde Cassar  u Josette Sammut. Dawn daħlu l-għassa bi dmija fuqhom, mal-wiħħ u fuq l-idejn. Il-Pulizija qaltilhom li jkun aħjar li jmorru fl-eqreb klinika tas-saħħa biex jarhom tabib.

Sadanittant fil-Qorti, Clyde Cassar u Josette Sammut. għażlu li ma jixhdux minhabba li kellhom proċeduri penali kontra tagħhom in konnessjoni ma’ dan l-allegat incident u għalhekk ma ridux jissograw li b’xi mod jinkriminaw ruħhom.   

Fis-sentenza tagħha l-Qorti preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia qalet li kull prova li twassal sal-grad tal-probabbli – u cioe`x’aktarx iva milli le, li kien l-imputat li ghamel dak allegat fil-konfront tiegħu.

Madankollu, skont il-liġi dan il-grad tal-prova, il-grad tal-probabbli, ma huwiex suffiċjenti għall-każ tal-prosekuzzjoni sabiex jirnexxi skond il-ligi. Għaldaqstant Cauchi ma nstabx ħat tal-akkużi kollha kontrih li kienu jinkldu wkoll inġurja, ħebb u li nkisret il-paċi pubblika. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Spiridione Zammit.