Lokali Parlament

Michael Farrugia jkun kullimkien fejn ikun hemm Yorgen Fenech

David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake sostna li kull fejn ikun l-involviment ta’ Yorgen Fenech, dejjem ikun hemm ukoll il-Ministru Michael Farrugia.

Fil-parlament David Thake qal li d-deputati għandhom responsabbiltà kbira u għalhekk dak li seħħ fil-pajjiż fejn hemm rabta bejn il-gvern Laburista ma’ korruzzjoni, qtil, tixħim u tidwir mal-liġijiet. X’ġara fil-PL biex spiċċaw f’dan il-livell?, staqsa David Thake, li kompla li snin ilu instema’ li fir-raba’ sular taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista kien qed jinħema dan il-pjan.

Il-Ministru Michael Farrugia jindaħal kull fejn involut Yorgen Fenech fosthom fil-bini ogħli tal-Imrieħel, fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u llum il-Ministru Michael Farrugia hu l-Ministru tal-Eneġrija u għahekk hu responsabbli mill-Eectrogas u mill-iskandlu tal-Montenegro.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-2015 Daphne kienet ħarġet l-istorja dwar l-iskandlu tal-Montenegro u kif Konrad Mizzi kien qed jiffirma ftehim minn wara dahar il-poplu. Il-gvern Laburista ġera wara Daphne, ġera wara familja, żebilħuha, tellguha wiċċha fuq billboards, xandru lit-tfal tagħha fuq One u għamlulha ħajjitha martirju sakemm inqatlet.

Imbagħad kulħadd ixxukkjat; fil-verità kienu jafu min kien hemm warajha. F’Novembru 2015 tħabbar l-investiment fil-Montengero u qalu li se jkun sħubija max-Shangai Electric.

Kienet aħbar sabieħa iżda l-verità u d-dettalji huma maħmuġin għaliex is-17 Black tat self lill-kumpanija reġistrat fis-Seychells biex tixtri l-ishma għal €3 miljun. L-Ispanjoli biegħuha lill-kumpanija sigrieta Sifidex u Yorgen Fenech sellfilhom il-fus. Ġimgħatejn wara l-Enemalta jħallsu €10.3 miljuni.

Għalhekk inqtalet Daphne Caruana Galizia għax kienu qed jisirqu iżda kienu qed jibżgħu għax Daphne Caruana Galizia kollha sorsi tajbin; kif kixfet lil min mar mal-prostituti.

Riedu u rnexxielhom jeħilsu minnha! Il-gvern ta’ Robert Abela qed jirrifjuta li ssir investigazzjoni konġunta mal-Europol. L-ex Kummissarju tal-Pulizija u ex uffiċjal ogħli tal-pulizija kienu imdaħħa id f’id mal-kriminali, sostna David Thake, li kompla li fil-parlament għad hemm żewġ deputati li huma l-arkitetti tal-ikbar serqiet li saru minn fuq il-poplu Malti.

Kif jista’ jkun li l-Prim Ministru jiffaċċja lin-nies u jgħid li hu diżgustat meta f’Novembru hu u l-kabinet kienu jafu bid-dettalji kollha għax Yorgen Fenech ried jikxef kollox. Din hi l-kontinwità għall-gvern ta’ Robert Abela, li jrid jgħatti lill-korrotti u lil min seraq. Il-pajjiż u l-PL jixraqlu aħjar, sostna David Thake, li appella lill-Ministru Michael Farrugia biex iwieġeb dwar il-laqgħat li kellu ma’ Yorgen Fenech.