Lokali

FILMAT: “No comment” minn Robert Abela

Net News kien l-ewwel li żvela b'mod esklussiv din il-laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari

Bħalissa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun qed issir laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari u tal-Eżekuttiv. Dan wara li d-deputat Konrad Mizzi intalab iwarrab – iżda Mizzi qed jibqa’ jirreżisti.

Qabel il-laqgħa, il-Mexxej Laburista Robert Abela ma ta ebda kummenti lill-media miġbura barra ċ-Ċentru Nazzjonali.

Uħud mill-membri tal-Grupp Parlamentari esprimew appoġġ totali lejn l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fosthom Deo Debattista li ddeskirivieh bħala “Mexxej kbir”. Ian Borg ħareġ jattakka lill-ġurnalisti tagħna, filwaqt li Chris Fearne u Edward Zammit Lewis provaw jiddevjaw l-attenzjoni minn fuq il-Partit Laburista għal fuq il-Partit Nazzjonalista.

Aktar kawti kienu l-Ministri Michael Falzon u Aaron Farrugia, filwaqt li Jose Herrera qal li hemm bżonn jittieħdu d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu.