Coronavirus Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic ħabbar li rriżulta pożittiv għall-coronavirus flimkien mal-mara tiegħu.

Dan wara li fl-aħħar jiem numru ta’ tennisti li kienu qed jieħdu sehem fl-Adria Tour ukoll irriżultaw pożittivi. Fi stqarrija Djokovic talab skuża filwaqt li stqarrr li dak li għamel fl-aħħar xahar kien kollu b’intenzzjonijiet tajba.

Hu rrimarka li l-għan tal-Adria Tour kien li jippromovi l-logħba tat-tennis kif ukoll li jgħin lil talent ġdid jieħu sehem f’logħob kompetittiv waqt li jinġabru flus għall-karità. Djokovic temm l-istqarrija tiegħu billi qal li se jibqa’ fi kwarantina għal 14 –il jum u se jirrepeti t-test wara ħamest ijiem.