Futbol Sport

Parma b’rebħa kbira barra minn darhom

(Ritratt: sport.sky.it)

Barra minn darhom, Parma għelbu lil Genoa 4-1. Kienu Parma li fetħu tajjeb u fetħu l-iskor fit-18 il minuta, fejn wara żball tal-gowlkiper Perin, kien ANDREAS CRONELIUS  li approfitta u tefa’ lil Parma fil-vantaġġ. Genoa kellhom ċans li jġibu l-iskor indaqs meta man-nofsiegħa logħhob ingħataw penalty bil-gowlkiper Sepe jsalva fuq it-tentattiv ta’ Domenico Criscito. CORNELIUS kabbar il-vantaġġ ta’ Parma fit-33 minuta wara li rċieva cross preċiż mingħand Laurini. CORNELIUS għaqqad il-hatrick fit-53 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Genoa naqsu d-distakk fis-60 minuta minn penalty ta’ IAGO FALQUE. Parma reġgħu fetħu tliet gowls vantaġġ fis-87 minuta permezz ta’ KULUSEVSKI.

Fi Stadio Olimpico Grande Torino, Torino għelbu lil Udinese 1-0. F’partita importanti għaż-żewġ timijiet fl-ambizzjonijiet tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni. L-uniku gowl tal-partita wasal wara 16 –il minuta permezz tal-captain ANDREA BELOTTI wara li rċieva pass perfett mingħand Edera.

Serie A

Ilbieraħ: Fiorentina v Brescia 1-1,  Lecce v Milan 1-4, Bologna v Juventus 1-2 Illum: Verona v Napoli 0-2, SPAL v Cagliari 0-1, Genoa v Parma, Torino v Udinese Għada: Inter v Sassuolo 7.30pm, Atalanta v Lazio 9.45pm,  Roma v Sampdoria 9.45pm