Futbol Sport

Schmiechel iċaħħad lil Brighton mit-tieni rebħa konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

Fil-King Power Stadium Leicester u Brighton and Hove Albion temmew fi draq ta’ mingħajr gowls.  Fl-aħħar partita tagħhom, Brighton wettqu sorpriża u għelbu lil Arsenal 2-1.

Dan ir-riżultat deher li għen xi ftit il-moral ta’ Brighton u wara l-bidu pożittiv, Connoly deher li jitwaqqa’ fil-kaxxa bir-referee wara konsultazzjoni mal-VAR jordna penalty bl-eroj ta’ nhar is-Sibt, Maupay ra lil Peter Schmiechel isalva. Minkejja li Brighton kienu l-aktar perikolużi naqsu milli jisfruttaw iċ-ċansijiet li ħolqu.

Leicester ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u resqu viċin darbtejn permezz ta’ Chilwell u Maddison iżda l-iskor baqa’ ma nftetaħx sat-tmiem. B’hekk b’dan id-draw, Brighton komplew jitbiegħdu miż-żona relegazzjoni filwaqt li Leicester komplew isaħħu posthom fit-tielet post.