Futbol Sport

Scott McTominay jiffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin

(Ritratt: EPA)

L-Iskoċċiż ta’ 23 sena McTominay iffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin ma’ Manchester United, kuntratt li jżommu mal-klabb t’Old Trafford sal-2025 b’għażla li l-kuntratt tiegħu jiġi mġedded b’sena oħra.

McTominay huwa plejer li ħareġ mill-akkademja ta’ Manchester United fejn ilu magħhom sa mill-2012. Hu ddebutta ma’ Manchester United fl-2017 fil-partita kontra Arsenal fejn minn dakinhar lagħab 75 darba bil-flokk tar-Red Devils fejn skorja sitt gowls.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu, McTominay stqarr li jinsab ferm kuntent li ffirma dan il-kuntratt ma’ United filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li kienu wrew fiduċja fih.

Il-kowċ ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer faħħar l-abbiltajiet tal-midfielder Skoċċiż fejn qal li d-determinazzjoni fil-grawnd tiegħu żgur se jkomplu jgħinu lit-tim.