Lokali Qorti

Sudaniż mixli b’fastidju sesswali fuq mara Maltija

Sudaniż ta’ 22 sena li m’għandux indirizz fiss ġie mixli b’fastidju sesswali mingħajr kunsens fil-konfront ta’ mara Malija. Adam Saleh ġie mixli li beda jiffastidja lil mara fuq il-karozza tal-linja li kienet fl-inħawi ta’ Ħal-Luqa.

Il-mara niżlet mill-karozza tal-linja fejn Sky Parks b’Saleh allegatament baqa’ jsegwiha u anke kompla jifastidja fejn anke għamel atti fuq il-persuna tagħha li mhumiex permessibbli. L-allegata vittma bdiet tgħajjat u intervjena raġel li pproteġiha kif seta’.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Roderick Attard qalu quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li l-akkużat ħarab filwaqt li waslu fuq il-post il-ġenituri tal-mara. Bdiet tfittxija għalih mill-Pulizija u minnha stess fil-preżenza tal-Pulizija, u f’ħin minnhom dan inqabad, bil-mara jirnexxielha tagħaraf lill-aggressur.

Saleh, li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih ġie mixli wkoll li kkaġuna biża fuq il-mara, li kienet se tintuża’ vjolenza fil-konfront tagħha. Ma saritx talba mill-Avukat tal-Għajuna Legali Victor Bugeja li deher għas-Sudaniż, li ftit wara ttieħed il-ħabs ta’ Kordin.