Lokali

Suspett ta’ bomba f’Birkirkara

Ritratti u filmat: Roberto Runza

Membri tal-Bomb Disposal Unit għaddew b’ħidma fi Triq F. Geneste f’Birkirkara hekk kif daħlilhom rapport li kien hemm suspett ta’ bomba.

Wara bagalja li tħalliet fuq bankina quddiem dar wasslet biex xi persuni kkuntatjaw lill-Pulizija b’suspett li fiha xi bomba. Dan wassal biex familji inħarġu minn djarhom ħalli tibda ħidma bl-inqas periklu possibli.

Madanakollu, wara l-ħidma li saret mill-membri tal-Bomb Disposal Unit ikkonfermat li ma kien hemm l-ebda bomba fil-bagalja.