Futbol Sport

Tottenham lura għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

F’waħda mid-derbies ta’ Londra, Tottenham Hotspur  għelbu lil West Ham United 2-0. F’taqsima mingħajr azzjonijiet denji ta’ nota,  Tottenham ħasbu li fetħu l-vantaġġ fl-45 minuta meta wara pass ta’ Giovanni Lo Celso, Son għeleb lil Fabianski bir-referee Craig Pawson iħassar il-gowl għal offside wara konsultazzjoni mal-VAR.

Tottenham resqu viċin li jiftħu l-iskor fit-58 minuta meta b’kontrattakk veloċi kien Harry Kane li ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra. Żewġ minuti wara Antonio kellu ċans tajjeb wara li rċieva ballun mit-tul iżda naqas milli jimpenja lil Lloris.

It-tim ta’ José Mourinho fetaħ l-iskor fit-63 minuta minn corner ta’ Lo Celso, TOMAS SOUCEK laqgħat ħażin bil-ballun jispiċċa fil-lasta tiegħu stess. Fil-81 minuta Tottenham irduppjaw wara kontrattakk tajjeb, kien HARRY KANE li wiċċ imb’ wiċċ mal-gowlkiper ma żbaljax.

Premier League

Illejla: Leicester v Brighton 0-0, Tottenham  v West Ham , Għada: Man. Utd v Sheff. Utd 7.00pm, Newcastle v Aston Villa 7.00pm, Norwich v Everton 7.00pm, Wolves v  Bournemouth 7.00pm, Liverpool v C.  Palace 9.15pm, Il-Ħamis:  Burnley v Watford 7.00pm, Southampton v Arsenal 7.00pm, Chelsea v Man. City 9.15pm