Il-winger Brażiljan Willian u l-winger Spanjol Pedro, se jibqgħu ma’ Chelsea sakemm jintemm l-istaġun domestiku. Il-kuntratti ta’ Willian u Pedro jintemmu fl-aħħar tax-xahar bil-plejers jiddeċiedu li jibqgħu mal-Blues sakemm jintemm il-Premier League.
Il-kowċ ta’ Chelsea wera’ x-xewqa li ż-żewġ plejers jġeddu l-kuntratt tagħhom sakemm jintemm l-istaġun b’Chelsea għalissa lesti li joffru biss kuntratt qasir.
//= $special ?>