Fl-aħħar aġġornamenti dwar saħħet Alex Zanardi, it-tobba tal-isptar Le Scotte qalu li Zanardi se jibqa’ f’coma artifiċjali sa mill-inqas ġimgħa oħra.
Zanardi kien involut f’inċident waqt kompetizzjoni tal-handbike fejn għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ trakk li kien ġej mid-direzzjoni opposta b’konsegwenza li ġarrab ġrieħi serji f’rasu. Hu ġie operat b’mod immedjat, bil-professuri fi tmiem il-ġimgħa jsostnu li minkejja li jinsab stabbli l-kundizzjoni tiegħu hi waħda serja.
//= $special ?>