Futbol Sport

Atkinson jingħaqad ma’ Gżira United

(Ritratt: Gżira United)

Wara li ftit aktar minn ġimagħtejn ilu ngħaqad magħhom Steve Borg, Gżira United ħabbru t-tieni akkwist tagħhom hekk kif l-attakkant Kevaughn Atkinson se jirritorna f’pajjiżna wara li ffirma kuntratt ta’ sentejn.

Atkinson li għandu 25 sena, lagħab l-ewwel darba fil-Kampjonat Premier fl-ewwel parti tal-istaġun 2016/17 ma’ Mosta. Fl-istaġun ta’ wara ngħaqad ma’ St. Andrews u fil-kampjonat skorja ħames darbiet biex għen lit-tim tiegħu jsalva postu fl-ogħla diviżjoni. Hu beda l-istaġun 2018/19 u sakemm ħalla l-klabb f’Jannar tal-2019 biex ingħaqad ma’ Austria Lustenau, Atkinson kien skorja sitt gowls.

Sakemm twaqqaf il-kampjonat fl-istaġun li għadda, Gżira United kienu jinsabu fis-sitt post tal-klassifika u minħabba li ma setgħux jintlagħbu s-sitt logħbiet li fadal minħabba l-Covid-19, il-Maroons baqgħu barra minn post fl-Ewropa. Gżira United għad iridu jaħtru kowċ b’mod uffiċjali.