Lokali Parlament

Daphne inqatlet minħabba l-iskandlu tal-Montenegro

  • Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna fil-parlament li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia inqatlet minħabba l-iskandlu tal-Montenegro

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li hu jakkuża lil Joseph Muscat li bil-komplċiità ta’ Robert Abela sejjaħ elezzjoni bikrija fl-2017; din kienet deċiżjona korrotta u imċppsa bid-demm.

Hu qal li hu kien vuċi tgħajjat fid-deżert meta kien jgħid li d-deċiċjoni ta’ Muscat li jseħħaħ elezzjoni bikrija ma kinitx minħabba Egrant iżda kienet minħabba l-għarfien ta’ Muscat u l-kompliċi korrotti tiegħu li jinkixfu minn Daphne Caruana Galizia għax kienu jafu li kien hemm pjan biex tinqatel Daphne u allura ried jeħles l-elezzjoni qabel tinqatel.

Jason Azzopardi qal li kien magħruf ftit ilu fatti relatati mal-qtil ta’ Daphne fejn irriżulta li spettur tal-Iskawdra tal-Investigazzjonijiet Kirminali ikkonferma li t-tliet burner phones u s-sim cards użati fil-qtil inxtraw l-ejn l-aħħar tal-2016.

Kien stabbilit ukoll li f’Novembru 2016 Yorgen Fenech qal fl-interrogazzjoni li kien ilu jaf bl-elezzjoni sa minn Diċembru 2016. Ħames xhur qabel Jospeh Muscat ħabbar l-elezzjoni bikrija bl-iskuża tal-Egrant, Daphne kienet kitbet li Henley and Partners kienu jafu li ġejja elezzjoni bikrija fl-2017. F’Novembru 2016 Daphne kienet uriet lil H&P kienu informati li l-elezzjoni se ssir fl-2017.

Dawn iż-żewġ fatti mix-xhieda juri li hemm żewġ interperetazzjonijiet li dwarhom Robert Abela jrid jaġixxi. L-ewwel interpretazzjoni hi li Muscat sejjaħ elezzjoni għax kien jaf li Daphne kienet se toħroġ il-korruzzjoni tal-Montenegro; għax għalhekk inqatlet Daphne.

It-tieni internrpetazzjoni hi li Muscat kien jaf li kien hemm pjan biex tinqatel. Jason Azzopardi qal li bejn Joseph Muscat, Yorgen Fenech u Keith Schembri kien hemm chat li fiha kienu anki jibgħatu ritratti ta’ x’qed isajru. Jason Azzopardi qal li kien hemm li li Daphne tinqatel.

X’se jagħmel Robert Abela dwar Joseph Muscat? staqsa Jason Azozpardi, li kompla li Robert Abela kien informat sa minn Novembru bl-iskandlu tal-Montengro. Hu sostna li l-PL għamel lil Konrad Mizizi kif għamlu lil Lorry Sant; Simon Busuttil u l-PN kellhom raġun.