Lokali Parlament

Ebda pjan fit-tul għat-turiżmu

Robert Arrigo, PN

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-PN Robert Arrigo qal fil-parlament li fit-turiżmu m’hemmx pjan fit-tul.

Hu qal li fl-MTA kien hemm tgerfix mhux aċċettabbli; dan hu diżunur għal kulħadd. ħerġin invocies sitt darbiet il-valur tal-imwejjed u s-siġġijiet f’divesi lokalitajiet. Il-kuntratt mal-Manchester Utd qed jinżamm sifgriet meta hu ftehim ta’ madwar €20 miljun. Il-ħaddiema jinsabu f’agunija sħiħ minħabba l-problema tal-industrija. M’hemmx dritt ta’ infieq ta’ flus bla rażan; dan hu frodi.

L-industrija tisnab f’diżastru; il-virus mhux tort tal-gvern iżda l-ippjanar ma sarx bl-aħjar mod. Fl-1 ta’ Lulju se jinfetħu 19-il post minn iktar minn 100 post li għandhom l-industrija.

Hu staqsa x’inhu l-pjan ta’ sostenibbiltà u sostna li Malta jidher li m’għandhiex pjan waqt li pajjiżi oħra għandhom pjan li diġa jinsab fis-seħħ. M’hemmx konsistnza għall-industrija, sostna Robert Arrigo, li kompla li kieku dan il-voucher ingħata lill-barranin li jistgħu jibbukkajw anki fuq l-Air Malta kien jirriżulta li mill-VAT kien iġib dak li se jonfoq.

L-indikazzjonijiet huma li din is-sena jiġu sa 600,000 turist u hemm impatt fuq il-ħaddiema għaliex l-industrija tilfet dak l kellha għalkemm tolqot 50% tal-poplu Malti. Jeħtieġ pjan fit-tul, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li Buġibba u l-Qawra għandhom ikunu modernizzati bl-involviment tal-privat billi l-applikazzjonijiet ikunu mgħaġġla. Jekk se jintużaw żewġ ajruplani minn 10 tal-Air Malta allura se jkun hemm problema; l-istess jekk kien hemm tnaqqis ta’ 50% għall-ħaddiema.

L-aktar importanti li jinbdiel l-isem ħażin li għandha Malta minħabba l-korruzzjoni, sostna Robert Arrigo.