Lokali Parlament

Ebda stqarrija ministejali dwar il-mewt ta’ persuna fil-kustodja tal-pulizija

Il-Ministeru tal-Intern illum m’għamilx stqarrija ministerjali fil-parlament dwar il-mewt ta’ persuna meta din kienet fil-kustodju tal-pulizija.

Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari d-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-poplu Malti qam maħsud bl-aħbar li persuna ta’ 35 sena mietet waqt li kienet fil-kustodja tal-pulizija.

Hu staqsa jekk kif iseħħ f’pajjiż diċenti; il-gvern għandux stqarrija biex jispjega u jserraħ il-poplu li l-proċeduri tal-arrest kienu segwiti, li kienet segwita l-liġi u li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex il-ħajja tal-persuna ma tintilifx fl-era tal-All Lives Matter. Hu nsista li l-gvern għandu jagħmel staqarrija kif mietet din il-persuna ta’ 35 sena meta din kienet fil-kustodja tal-pulizija.

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat qal li diġà saret stqarrija mill-pulizija u bdiet inkjesta Maġisterjali; din m’hix l-ewwel darba li seħħew dawn l-inċidenti u għalhekk kulħadd għandu jħalli f’idejn l-awtoritajiet.