Lokali Qorti

Provi ċari jgiddbu dak li qal Keith Schembri taħt ġurament

Fil-ġurnata u l-ħin li nqatlet Daphne Caruana Galizia l-eks Prim Ministru Joseph Muscat ma kienx Kastilja, kif xehed Keith Schembri nhar it-Tnejn fil-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Video li ġie ppreżentat minn Peter Caruana Galizia, r-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia, lill-Bord ta’ Inkjesta juri lill-Prim Ministru kien jinsab Tas–Sliema.

Fix-xhieda tiegħu nhar it-Tnejn quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello huwa qal li dak in-nhar u fil-ħin li nqatlet Daphne Caruana Galizia, l-Prim Ministru, l-ewwel kien infurmat li kienet splodiet bomba Burmarrad u kien inkwieta ħafna għall-fatt li missieru għandu maħżen tal-murtali fl-inħawi, u kien ħaseb li seta’ ġralu xi ħaġa.

Sa dak il-ħin, meta ħadet il-bomba, li qatlet lil Caruana Galizia, skont Keith Schembri sa dak il-ħin ma kienx għadu magħruf x’ġara eżatt, bil-Prim Ministru minn Kastilja beda jċempel biex iserraħ rasu.

Mill-video li ġie ppreżentat fil-Qorti jidher ċar li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fil-3.13pm il-ħin li fih inqatlet il-ġurnalista, Joseph Muscat kien jinsab fil-bini ta’ kumpanijja li jisimha “Parallels” u hemm kien qed jagħmel diskors tal-okkażjoni. Dan kollu ġie żvelat minn riċerka li għamlet il-familja Caruana Galizia.

Aħbar xokkanti oħra kienet ukoll żvelata fil-Qorti mill-Ispettur Kurt Zahra li qal li Yorgen Fenech kien jaf li kienet se ssir elezzjoni ġenerali bikrija tal-2017, sa minn sena qabel, fl-2016. Skont l-Ispettur Zahra dan ħareġ minn stqarrija li kien ta l-istess Yorgen Fenech lill-Pulizja waqt l-interogazzjoni.

Sadanittant madwar sena u nofs qabel ma nqatlet Daphne Caruana Galizia, kienet saret proposta lit-teatru Manoel Manoel biex titella’ play bl-isem ta’ “Min qatel lil Daphne Caruana Galizia”. Din il-play ma ngħatatx il-permess li ssir la miċ-Chairman u lanqas mill-Bord tat-teatru Manoel.

Dan xehdu ċ-Chairman tat-teatru Manoel l-Avukat Michael Grech. Huwa kien qed jintalab biex jixhed quddiem il-Bord ta’ Inkjesta biex jagħti nformazzjoni fuq din il-play li kellha ssir  L-Avukat Grech ilu Chairman għal dawn l-aħħar 10 snin tat-teatru u qal li ma kienx aċċettabbli li t-tali play ssir.

Huwa qal ukoll li madwar sitt xhur ilu kien hemm script ieħor preżentat lit-teatru Manoel jismu”Ix-Xiħa” li bħal ta qablu magħmul mill-kumpanija ta’ Mario Philip Azzopardi. F’dan l-iscript kien hemm karattru ta’ blogger, imfassla fuq il-personalità ta’ Caruana Galizia.

L-Avukat Michael Grech qal li anke hawn hu ma kienx kuntent bil-play, u lanqas l-bord ma kien kuntent, u l-istess ma ngħatax il-permess li dan il-play isir.  

Qal li “Ix-Xiħa” ma kienitx is-Sinjura Daphne Caruana Galizia, imma mara sinjura, imma l-blogger f’dan l-iscript hija magħmula fuq Daphne Caruana Galizia. Huwa qal li ma riedx jinċentiva lil xi ħadd l jagħmlu xi ħaġa f’dan ir-rigward. Qal li lanqas fuq il-play “Ix-Xiħa” ma kienx jimmerita’ li jsir xi ħaġa f’dan ir-rigward u joħloq klima kera.

Dan ħareġ hekk kif fil-Qorti kompliet l-Inkjesta Pubblika li qed tiġbor l-evidenza kollha marbuta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Bord tal-Inkjesta huwa magħmul mill-Imħallef irtirat Michael Mallia, mill-eks Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u mill-Imħallef Abigail Lofaro.

Fost dawk li taw ix-xiehda tagħhom aktar kmieni dan ix-xhieda kien l-eks Aġent Kummissarju Carmelo Magri li qal li llum huwa Deputat Kummissarju.

Huwa beda jixhed l-ewwel dwar is-sigurtà provduta barra d-dar ta’ Daphne Caruana Galizia. L-Avukat Therese Comodini Cachia talbitu jispjega x’hemm fid-dokument li qed jippreżenta fil-Qorti.Huwa qal li kif wiegħed lill-Bord ta’ Inkjesta ġab l-informaazzjoni dwar meta bdiet  l-għassa fil-Bidnija u qal li din bdiet f’Mejju tal-2006.

L-Avukat Comodini Cachia staqsiet jekk l-għassa kinitx tkun ħdejn id-dar tal-ġurnalista fi żmien il-Kummissarju Rizzo. Filwaqt li Magri qal li x’aktarx li iva. “Ma taħsibx li jekk kellha bżonn protezzjoni waqt l-elezzjoni tal-2008, Daphne kellha bżonn protezzjoni tul is-sena kollha?”, staqsiet l-Avukat.
Ix-xhud tenna li ma kinitx responsabbiltà tiegħu.

Fuq road-blocks, patrols u fixed points  li saru sa meta nqatlet u dan minn kull qasam tal-Pulzija, li jinkludu mid-Distrett u mill-RIU….hekk kif ix-xhud għadda d-dokumenti bl-informazzjoni lill-Bord u lill-Avukati Therese Comodini Cachia u lil Jason Azzopardi.

Qal li l-patrols saru fid-19 ta’ Mejju tal-2006, wara li kien sar ħruq fid-dar tagħha. Wara komplew il-patrols, anke jekk ma kienux eżatt mad-dar tagħha. Huwa qal li jista’ jkun li kienu jsiru l-patrols viċin ħafna d-dar tagħha meta John Rizzo kien kummissarju tal-Pulizija.

Magri qal li l-preżenza tal-Pulizija kienet żdiedet fi żmien tal-elezzjonijiet. Kien hemm ukoll perjodu bejn Settembru u Ottubru tal-2010, meta kienu qegħdin isiru fixed points barra mid-dar tagħha. Magri qal li hu ma jafx għaliex kien isir hekk.

Magri kkonferma li wara li ssir l-elezzjoni, l-fixed points ma’ Daphne Caruana Galizia, kienu jitneħħew. Dwar it-talbiet tal-Pulizija fuq informazzjoni finanzjarja li kiene titlob mill-Emirati Għarab Magħquda, qal li  l-Ispettur Antonovitch Muscat kien għamel talba lil dan il-pajjiż permezz tal- Interpol, u dan dwar 17 Black, Macbridge and Cifidex, tliet kumpaniji reġistrat f’Dubai, involuti f’deals suspettati.

Ix-xhud qal li l-Pulizija ma kinitx irċiviet risposta ċara, bl-awtoritajiet tal-Emirati, jitolbu ittri rogatorji (ittri legali li jiġi sottomessi mill-Qorti). Il-Bord staqsa lix-xhud li huwa sema’ li l-Pulizija ma tant kienu qegħdin jikkoperaw. “Intbagħtu l-ittri rogotarji?”

Hawn Magri qal li din id-domanda l-aħjar li ssir hija lil Ian Abdilla, li sa nhar it-Tlieta li għaddew kien imexxi l-unit dwar Ir-reati ekonomiċi. Huwa saħaq li ma jafx il-fatti dwar dan.

L-Imħallef Said Pullicino talab lil Magri fuq id-deal tal-Montenegro u 17 Black. Staqsa dwar jekk jafx li l-kabinett kienx ingħata xi nformazzjoni fuq il-kuntratt. Magri qal li ma kienx involut f’xejn dwar dan. Meta mistoqsi jekk Ian Abdilla kienx involut, qal li jista’ jkun u tenna jew l-Ispettur Muscat jista; jkun li jaf aktar.   

Wara tela’ fuq il-pedana tax-xhieda l-Ispettur Kurt Zahra li qal li huwa kien ġie trasferit lejn it-taqsima tal-omiċidju biex jagħti daqqa t’id lill-Ispettur Keith Arnaud. Qal li Arnaud kellu u għad għandu ħafna każijiet dwar karozzi bomba li jrid jinvestiga, u dak iż-żmien kien qed jagħmel kollox waħdu.

Zahra qal li s-superjur dirett tiegħu huwa s-Supretendent Raymond Cassar. But Madnkollu fiż-żmien li Daphne Caruana Galizia kienet inqatlet, f’dan il-unit ma kienx hemm Supretendent. Dak iż-żmien, Lawrence Cutajar kien il-Kummissarju tal-Pulizija filwaqt li Silvio Valletta kien ta’ warajh.

Dwar ma’ min huwa jaqsam l-informazzjoni, x-xhud spjega li din normalment tinqasam bejn il-units u li hemm unit speċjali li kien  twaqqaf wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li tirċievi nformazzjoni mill-iskwadri kollha.

Dan il-unit huwa mmexxi mill-Ispettur Malcolm Bondin u għandu idea ċara tal-informazzjoni kollha li tasal għand il-Pulzija. Kull file li jingħata l-attenzjoni li hemm bżonn.   

Mistoqsi mill-Avukat Comodini Cachia, Zahra kien mistoqsi dwar kif tinqasam l-informazzjoni.  Huwa qal li ġie kkreat task force magħmlul mill-Pulizija, l-Europol u l-FBI. Dan kien jiffoka fuq il-qtil u l-background tal-vittma, li jinkludi wkoll il-blogg tagħha.   

“Konna qegħdin infittxu l-mottiv dwar il-qtil,” qal ix-xhud. It-task force baqgħet ukoll ifukati ma’ esperti tas-cybercrime. Fil-bidu, t-taqsima tal-economic crimes unit ma kinitx tagħmel parti mit-task force.

Dawn daħlu fix-xena meta isem Melvin Theuma beda jiċċirkola, hekk kif l-investigazzjoni bdiet ukoll tieħu xejra fuq logħob tal-ażżard illegali u ħasil ta’ flus.   

Zahra qal li ma jafx xejn dwar il-protezzjoni minn naħa tal-Pulizija fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia. Qal li x-xogħolu huwa biex jinvestiga l-omiċidji. Qal li huwa ma jafx jekk il-Pulizija għandhom proċedura fuq risk assessment fuq meta jiddeċidu li jagħtu l-protezzjoni lil xi ħadd.

Fuq mistoqsija mill-Bord jekk huwa qattx kien jaħseb li l-ħajja tal-ġurnalista kinitx fil-periklu, Zahra qal li hija mistoqsija diffiċli. Dak iż-żmien qal li kien jiddubita. Fl-opinjoni tiegħu, dak iż-żmien ma kienx jemmen li xi ħadd se jasal sal-punt li joqtolha….”ma kontx nemmen li xi ħadd se jasal sa dan l-estrem”, qal ix-xhud.

Dwar l-involviment tal-Kummissarju tal-Pulizja, Zahra jgħid li l-investigazzjonijiet isiru mill-Ispetturi. Il-Kummissarju jipprovdi biss direzzjoni filwqt li l-Ispetturi l-ewwel kienu jmorru għand Silvio Valletta, qabel il-Kummissarju.

Tenna li filwaqt li l-Kummissarju kien mar fuq is-sit fil-ħin tal-qtil, huwa ma kienx involut fit-tfittxijiet u nkjesti, anke jekk kien jingata nformazzjoni fuqhom.

Meta Melvin Theuma kien ġie arrestat, u ara Yorgen Fenech, il-Kummissarju Lawrence Cutajat kien preżenti qal Zahra. Il-Bord xtaq ikun jaf dwar jekk Cutajar kienx involut fl-operazzjoni biex jiħu arrestati t-tliet akkużati mixlija li poġġew il-bomba.

Zahra qal li hu ma kienx mar fuq is-sit fejn hemm it-tinda tal-patata fil-Marsa, iżda jaf x’kien sar. Huwa kkonferma li l-Kummissarju kien infurmat b’kollox fuq dan il-każ mija fil-mija.

L-Avukat Therese Comodini Cachia staqsiet lil Zahra x’ħass meta sar jaf li Silvio Valletta kien ħabib ma’ wieħed mill-akkużati. Dwar dan huwa qal li xtaq li jitkellem bil-biebien magħluqa.

L-Avukat Comodini Cachia staqsiet fuq is-CMRU, li huwa l-uffiċċju tal-kommunikazzjoni fi ħdan il-Pulizija. Hija kienet qed tirreferi għal mistoqsijiet minn naħa tal-ġurnal The Times.

Dan fuq  talba li saret minn Yorgen Fenech biex jitkellem dwar korruzzjoni meta huwa kien qed jiġi nterrogat, u li din id-domanda jidher li ma waslitx fid-destinazzjoni tagħha, jiġifieri risposta lill-ġurnalist. 

Zahra qal li huwa kien bagħat risposta lis-CMRU imma jidher li din it-tweġiba ma ntbagħtitx lill-ġurnalist. Dwar il-briefings tal-Pulizija fuq il-qtil Zahra qal li kien jaf persuna suspettat li kienu għamel talba għall-maħfra, imma ma kien jaf xejn fuq oħrajn. Qal li huwa qtt ma attenda għall-briefings f’Kastilja, u ma kien jaf xejn dwarhom.

L-Ispettur Zahra kompla jgħid li ma kinux jieħdu gost isiru jafu bil-leaks, fosthom fil-każ tar-rejd li sar fuq it-tinda tal-patata Qal li meta kien fuq id-dgħajsa, u beda jaħseb li jridu jilħqu x-xatt malajr kemm jista’ jkun minħabba periklu ta’ splussivi, imbagħad sar jaf bil-leaks, u l-biża’ tagħhom saret realtà.

L-aħħar mistoqsija tal-Avukat Comodini Cachia qabel ma l-inkjesta kompliet bil-magħluq kienet tikkonċerna informazzjoni li ġiet żvelata mill-investigazzjoni fuq l-assassinju.

L-Ispettur Kurt Zahra qal li apparti l-Pulizija, kien ikun hemm preżenti esperti tal-qorti u anke uffiċjali mill-AFM. “Imma ċ-ċirku kien ikun żgħir ħafna.” Kien ikun jaf min kien ikollu jkun jaf, minħabba interessi varji fl-investigazzjoni.

Tenna l-investigazzjoni qed titwettaq mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi Kriminali. It-tim investigattiv kurrenti ma kienx involut sakemm ġew arrestati t-tliet irġiel akkużati bil-qtil. L-inkjesta se tkompli tinstema’ l-Ġimgħa fid-9.30 am. imma bil-magħluq bil-media ma tkunx tista’ tkun preżenti għax-xhieda.