Lokali Parlament

Ħal Qormi bi problemi urġenti

Clyde Puli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Pulì qal li Ħal Qormi għandu problemi urġenti li nħolqu fl-aħaħr seba’ snin u li għandhom jingħataw prijorità assoluta.

Fil-parlament Clyde Puli qal li fl-aħħar seba’ snin Ħal Qormi intelaq, kien injorat u traskurat; bir-raġun li l-komunità tħossha mwarrba għax qabel l-2013 il-Qriema kienu raw żewġ skejjel ġodda, faċiliatjiet sportivi ġodda, child care centre, klabb tal-boċċi, klabb tal-hockey, out door fitness centre u l-proġett kbir madwar Malta kollha dwar l-għargħar tal-wied.

Il-problema llum hi mhux biss ma sarx xejn iżda l-lokal u dawn il-proġetti qed jintelqu. F’Ħal Qormi kellu jsir sports complex f’Tal-Ħandaq iżda dan il-proġett twaqqaf għal seba’ snin; kellu jitkompla wkoll l-out door and fitness park iżda llum l-art għadha mitluqa.

Hu qal li l-gvern ħa l-bini tat-toroq minn idejn il-kunsill biex issa Ħal Qormi jnissu biss ftit toroq; Gvern Nazzjonalista għamel 50 triq bit-tarmac. Din it-telqa tidher anki mid-daħla ta’ Ħal Qormi fejn ftit ilu ir-round about ċkienet u sar tkissir madwar il-monument ta’ Pinto. Kien hemm ftit ħdura u organizzazzjoni tkissret u tħalliet mitluqa iktar minn sena.

Kull meta tistaqsi dwar dan id-dewmien il-gvern ma jweġibx. Dwar saħħa u sigurtà hu qal li sar pavimentar ħdejn il-knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan iżda llum qed isiru ħafna inċidenti fuqu minħabba li l-karozzi qed jiskidjaw. Dan anki meta l-vetturi jkunu qed isiqu b’veloċità baxxa; qed ikunu perikolati n-nies u s-sewwieqa. Anki dwar dan, il-ministru responabbli ma jweġibx. Hu staqsa x’inhuma l-istandards li qed jintużaw iżda l-gvern ma jwġibx.

Problemi oħra huma ta’ traffiku ħdejn il-Momument ta’ George Hyzler fejn saret talba li jsir sleeping policeman iżda din kienet rifjutata waqt li fil-wied saret waħda kbira wisq biex jgħaddu l-vetturi minn fuqha.

Hu semma’ l-problema tal-parkeġġ f’Ħal Qormi li kien segmentat b’diversi bypasses; din il-problema ddejjaq ħafna lill-Qriema. Fil-fatt kien hemm pjani li jgħaqqdu diversi toroq biex Ħal Qormi ma jiqbax passaġġ. Din qed toħloq problemi kbar f’divesri żoni. Hu staqsa x’inhu l-pjan tal-gevrn għal Ħal Qormi; hemm xi tip ta’ master plan?