Atletika Coronavirus Sport

Ikkanċellati l-maratoni popolari ta’ New York u Berlin

(Ritratt: EPA)

Il-maratoni ta’ New York u Berlin ġew ikkanċellati t-tnejn minħabba l-pandemija globali tal-coronavirus. L-avveniment fi New York kien se jkun il-50 edizzjoni u kien mistenni jsir fl-1 ta’ Novembru. Din hi l-akbar maratona fid-dinja, b’aktar minn 53,000 atleta jtemmu t-tellieqa s-sena l-oħra.

Il-Maratona ta’ Berlin kienet skedata għas-27 ta’ Settembru iżda mhux se ssir minħabba li skont l-organizzaturi, “il-pjaċir, il-ferħ, is-saħħa u s-suċċess” tal-parteċipanti ma kinitx se tkun garanzija. Aktar kmieni f’Ġunju, l-organizzaturi tal-Maratona ta’ Londra qalu li ma għadhom qed jittamaw li jorganizzaw l-avveniment fl-4 ta’ Ottubru.