Lokali Parlament

Il-korruzzjoni qed tagħmel ħsara lit-turiżmu

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-korruzzjoni qed tagħmel ħsara lit-turiżmu fil-pajjiż.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-esperjenzi tal-COVID-19 u tal-korruzzjoni u sostna li COVID-19 tat il-prova li l-ekonomija tiddependi mit-turiżmu.

Il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda għandhom suq ristrett minħabba li r-ristoranti u l-lukandi huma magħluqa; l-istess kif inhuma magħluqa numru ta’ negozji żgħar.

Din hi prova ta’ kemm Malta ma tistax titlef it-turiżmu. Hu dejjem importanti li l-livell tal-prodott Malti jibqa’ dejjem jitjieb. Il-prodott m’għandux ikun iffukat biss fuq il-Belt iżda anki fuq il-lokalitajiet turistiċi l-oħra.

In-normalità mhix ġejja fil-pajjiż sakemm l-istejjer tal-korruzzjoni jibqgħu ħerġin kif inhuma ħerġin, sostna Edwin Vassallo, li appella biex il-korruzzjoni titbiegħed mill-MTA; li m’għandhiex issir każin Laburista.