Lokali Parlament

Il-PL keċċa lil Konrad Mizzi għax ma setax jagħmel mod ieħor

Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-PL keċċa lil Konrad Mizzi għax ma setax jagħmel mod ieħor u mhux għax veramnet qed iwettaq ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Fil-parlament Ryan Callus qal li minħabba li l-art hi limitata din għandha tingħata u tintuża mingħajr preferenza u spjega kif numru ta’ poteri tneħħew mir-responsabbiltà tal-Bord tal-Gvernaturi u jitpoġġew taħt il-Kap Eżekuttiv.

Dan sar wara li l-Gvern induna li l-Oppożizzjoni kienet qed taqdi d-doveri tagħha billi tikkritika l-mod kif kenu qed jittieħdu ċertu deċiżjonijiet.

Hu semma’ l-iskandlu tal-Lukanda Fortina u qal li hu kien kritika diversi aspetti. Parti minn dawn is-sidien huma l-istess nies li ngħatw id-direct order li ngħataw biex fuq il-vapuri tal-Captain Morgan iżommu lill-immigranti li jkunu deħlin Malta.

Il-mod kif ingħażel dan il-persuna twassal biex tispeċifika r-relazzjoni ta’ dawn il-persuni mal-PL; din kienet konfermata waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi tal-PL fejn kien żvelat li wieħed mis-sidien ta’ din il-lukanda ta donazzjoni kbira lill-PL.

Lil Konrad Mizzi, il-PL keċċieh erba’ snin tard meta ma setgħu jagħmlu xejn iktar. Fl-aħħar erba’ snin isem Malta tkaxkar mal-art iżda l-PL ma keċċiex lil Konrad Mizzi meta kien żevlat l-iskandlu tal-Panama Papers; kienu Daphne Caruana Galizia ma nqatlitx.

Id-deċiżjoni dwar il-Lukanda Fortina u li kienet imposta fuq il-Bord tal-Gvenraturi tellfet €4 miljuni lill-pajjiż. Dawn huma sinjali negattivi; għalhekk irriżenjajt mill-Bord tal-Gvernaturi u għalhekk il-PN ma nnominax membru fil-Bord.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-lista ta’ riżenja mill-gvern Laburista u l-PL u qal li wara li d-deputat Alex Muscat inħatar Segretarju Parlamnetari l-Gvern għadu ma ħatarx membru ieħor.

Hu qal li jista jkun li għax m’hemmx membru tal-Oppożizzjoni, il-Gvern ma jrdix jappunta membru tiegħu beix ma jkunx parti mill-ħmieġ li hemm fil-Bord tal-Gvernaturi. Dan jikkonferma kemm il-PN ħa deċiżjoni tajba għax il-verità hi li l-PN kien kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet wara li l-Gvern ta ċans lill-gvern.

Hu tkellem dwar it-Torri tal-Qbajjar f’Għawdex li hu skedat bl-ogla protezzjoni. Infetħet kawża fi żmien l-ex Ministru Tonio Borg biex il-binja tittieħed lura minħabba li dan naqas mill-obbligi kuntrattwali tiegħu.

Dan il-gvern mar quddiem il-Bord tal-Gvernaturi biex xjoħroġ sejħa biex min għandu t-titlu llum jkollu l-ewwel opportunità li jirrifjuta l-offerta. Dan l-istess fil-binja storika li hemm fejn il-Golden Bay fejn saret kawża biex il-gvern jieħu lura din il-propjetà iżda saret talba quddiem il-Bord biex ikun kunsidrat ftehim barra l-qorti.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-każ ta’ quddiem it-teatru Rjal fejn uffiċjal tas-sigurtà ta’ Jospeh Muscat ikun itella’ l-umbrelel tal-kaffetterija li hemm; din il-kaffettrija toħroġ is-siġġijiet u l-imwejjed sa nofs Triq ir-Repubblika.

Wasal il-mument li toħroġ il-verità anki dwar kif inqatlet Daphne Caruana Galizia. Fil-verità l-Gvern implika mal-Opożizzjoni u vvota favur Konrad Mizzi fil-parlament; lil Konrad Mizzi l-PL neħħieħ għax ma setax jagħmel mod ieħor.

Issa tard wisq; Daphne Caruana Galizia inqatlet u r-reputazzjoni ta’ Malta tkissret. Jekk Malta titpoġġa fil-lista l-griża kaġun tar-rapport tal-Moneyval, dan ikun ifisser effetti negattivi fuq l-ekonomija, fuq l-industirja tal-gaming u fuq il-kirjiet. Issa inutli li xi ministru jqum filgħodu u jitkellem fuq kemm hemm bżonn isir it-tindif neċessarju.

L-Awtorità tal-Artijiet ukoll kienet mifnija bil-korruzzjoni, sostna Ryan Callus, li kompla li fil-leħlatura li għaddiet il-PN kien ippropona li l-awditur ma jkunx parti mill-Awtorità iżda jkun taħt l-Awditur Ġenerali. Din il-proposta sabet l-oġġezzjoni tal-gvern. Hu qal li l-gvern jaqbad jidħol fl-għelieqi tan-nies u jgħaddu t-toroq.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern mhu jgħid xejn fuq il-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-isport; għadu ma kien approvat l-ebda proġett u din hi falliment ieħor. L-Awtorità tal-Artijiet għandha dejn kbir lejn il-Maltin li ittieħditilhom l-art u għadhom ma tħallsux. Hu kien ppropona li sakemm tissewwa din l-inġustizzja l-qligħ tal-Awtorità ma jmurx fil-Fond Konsolidat.