Sport Sport Ieħor

Imut il-jockey Ingliż Liam Treadwell

(Ritratt: EPA)

Luttu fid-dinja tat-tiġrijiet taż-żwiemel hekk kif ilbieraħ fl-Ingilterra tħabbret il-mewt tal-jockey Liam Treadwell fl-età ta’ 34 sena. L-aħbar ingħatat mill-ġenituri tiegħu wara li nstab mejjet f’kamartu.

Treadwell fl-2009 wettaq l-akbar sorpriża fit-tellieqa ewlenija fl-Ingilterra magħrufa bħala Grand National. F’Aintree, minkejja li ma kienx favorit, tant li l-bookmakers tawh biss 1% cans li jirbaħ, kellu tellieqa mill-aqwa fuq Mon Mome. 

Ir-rebħa ta’ Mon Mome kienet l-akbar sorpriza mill-1967 meta dakinhar kien rebaħ Foinavon. Fl-2015 fuq Monbeg Dude kien daħal fit-tielet post fil-Grand National u minkejja li għamel żmien irtirat, irritorna fi Frar tal-2018. Minn dakinhar sal-2020, rebaħ xejn anqas minn 10 avvenimenti ta’ prestiġju u minn meta ngħata l-liċenzja biex itellaq, fi 17 il-sena kellu aktar minn 300 rebħa.