Lokali

Inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 50 sena, residenti Ħal Balzan, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Illum, għall-ħabta ta’ 1150hrs, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident bejn mutur u karozza fi Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi u kien hemm xi persuna li sofriet xi ġrieħi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn vettura tat-tip Opel misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Ħal Qormi u mutur tat-tip Peugeot Belville misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Balzan.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lis-sewwieq tal-mutur u permezz t’ambulanza ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.