Lokali

Issa tista’ tirreġistra twelid u mewt ta’ terzi persuni online

Ġiet imnedija sistema fuq pjattaforma diġitali fejn issa persuna tista’ tirreġistra it-twelid u l-mewt ta’ terzi persuni online fuq il-website ta’ Identity Malta.

Dan jista’ jsir permezz ta’ formola ta’ registrazzjoni li wieħed jimla online fi żmien 15-il ġurnata mit-twelid jew mewt ta’ terza persuna. Biex dan isir, persuna għandha tidħol fil-website ta’ Identity Malta, tagħmel log on permezz tal-e-ID. Wara li timla l-formola, tirċievi email ta’ konferma u fi ftit ġranet tirċievi d-dokumenti bil-posta.

L-aħħar statistika turi li kull sena f’pajjiżna jitwieldu madwar 4,100 persuna filwaqt li jmutu 3,300 persuna.