Lokali Parlament

L-eluf kbar ta’ ħaddiema barranin fil-pajjiż ġabu żbilanċ u pressjonijiet fuq l-art limitata

Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal fil-parlament li l-importazzjoni ta’ euf ta’ barranin fil-pajjiż mill-gvern qed ikollha effetti diretti fuq l-art tal-pajjiż; li hi riżorsi skarza. Din il-politika kienet il-kaġun ta’ politika ta’ żbilanċ bejn l-interessi ta’ min jgħix fil-pajjiż.

Dan hu żbilanċ perikoluż għall-pajjiż u jeħtieġ li dan ikun ikkoreġut u jkun trasformat f’bilanċ; kostretti li dan il-bilanċ jinstab għaliex jekk dan ma jinstabx il-poplu se jħallas prezz.

Ħafna mill-poteri li kellu l-bord ittieħdulu u tpoġġew fir-responsabbiltà tal-Kap Eżekuttiv. Fl-2018 l-Awtorità tal-Artijiet spiċċat f’deficit ta’ €776,000 iżda din is-sena spiċċat b’surplus ta’ €86,000; dan għandu jkun spejgat.

Hu staqsa min se jerfa’ r-responsabbiltà għall-ħruġ ta’ informazzjoni personali dwar ċittadini Maltin li spiċċat fid-dominju pubbliku iżda ma ttieħdu l-ebda passi. Jeħtieġ li jkun hemm iktar attenzjoni fil-mod kif jingħataw il-permssi ta’ encroachment

Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-gvern jimbarka fuq is-soluzzjoni tal-permuti u tkellem dwar il-joint-office fejn hemm xogħol b’lura. Hu rrifera għat-Torri tal-Qbajjar li qiegħed b’ċens għand sidien privati u kien jintuża stabbiliment tad-divertiment iżda issa ilu mitluq għal numru ta’ snin.

Suppost min għandu t-torri f’idejh qed jirrestawrah iżda din il-kundizzjoni qed tinkiser; quddiem dan kollu l-Awtorità ma’ tagħmel xejn meta dan hu tori skedat li għandu mijiet ta’ snin. Hu ppropona li dan it-torri jingħata lil Din l-Art Ħelwa u jkun restawrat bħat-torrijiet l-oħrajn.

Dwar l-art agrikola, hu qal li hemm kwantità kbira ta’ art agrikola li mhix tintuża u staqsa jekk il-gvern għandux pjan biex din l-art agrikola terġa’ tibda tintuża. Hu tkellem dwar l-infurzar fejn saru 3,642 intervent fl-2019; dan hu ammont kbir. Ir-raġuni wara dan hu li hawn żbilanċ fil-pajjiż fl-użu tal-art minħabba l-politika tal-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-fatt li fir-rapport ma jissemmewx il-fondi Ewropej li huma element importanti għall-Awtorità.