Liverpool issa verament jinsabu pass bogħod mir-rebħ tal-ewwel kampjonat wara 30 sena meta f’Anfield iddominaw u għelbu lil Crystal Palace 4-0. B’din ir-rebħa, huma kabbru d-distakk momentarjament għal 23 punt fuq Manchester City. Liverpool jistgħu jsiru champions għada jekk City ma jirbħux kontra Chelsea.
Trent Alexander-Arnold fetaħ l-iskor fit-23 minuta bi free-kick sabiħ, b’Mohamed Salah jirdoppja l-iskor fl-44 minuta wara li rċieva passaġġ tajjeb minn Fabinho. Jekk il-partita ma kinitx qed turi fejn sejra diġà, Liverpool skorjaw it-tielet gowl fil-55 minuta b’xutt b’saħħtu ta’ Fabinho minn barra l-kaxxa. Sadio Mane ssiġilla r-rebħa fid-69 minuta b’konklużjoni djagonali fil-baxx.
//= $special ?>