Lokali Parlament

Malta ma gwadanjat xejn minn kuntratt ta’ €4.5 minn kuntratt bejn l-MTA u l-Vista Jet

Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami kkritika l-kuntratt li sar bejn l-MTA u l-Vista Jet li fih il-poplu ħallas €4.5 miljun għalxejn.

Fil-parlament Beppe Fenech Adami tkellem dwar l-MTA qal li fil-kuntratt tal-2016 mal-Vista Jet il-gvern rema’ €4.5 miljun. Dan hu qasam imtebba’ bit-tberbieq ta’ miljuni ta’ ewros.

Il-kuntratt jispeċifika li l-MTA kellha tħallas €1.5 miljun kull sena għal tliet snin konsekuttivi. Dan il-kuntratt sar li fih hemm obbligazzjonijiet fuq min qed jingħata l-flus iżda għal tliet snin sħaħ l-poplu ħallas il-miljuni għal xejn.

Dan hu kuntratt li fih il-kumpanija kellha tgħin lill-pajjiuż iżid it-turiżmu u isem Malta jogħla fil-qasam turistiku. Il-kuntratt hu miżgħud żbalji b’paragrafi li ma jeżistu u għal klawsoli li ma jinstabux. Il-kuntratt kellu obbligi li jippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni turistika.

Il-kundizzjonijiet jipprovdu li l-kumpanija titħallas kull kwart tas-sena u kienet obbligata li qabel is-sena tipprovdi programm ta’ komunikazzjoni kif se timmprovi l-pajjiż flimkien ma’ pjan dwar dan is-settur.

Mill-kuntrat jirriżulta li fl-ewwel sena saru l-pjan anki tal-media fejn kellhom isiru artikli u videos fuq Malta biex ikun assigurat li dan il-pjan se jilħaq 4000 persuna; €1.5 miljun għal 4,000 persuna.

Fl-ewwel sena kellha tassigura intervisti ma’ stazzjonijiet internazzjonalili jġibu t-turisti lejn Malta iżda fl-2016 ippubblikaw artiklu wieħed internazzjonali. F’artikli oħra ma kien l-ewwel riferenza għal Malta.

Hu semma’ l-invoices li minnhom jirriżulta fl-2016 li kien hemm invoice €202,000 li fiha Malta ħallset €50,000 biex saret konferenza tal-aħbarijiet li fiha attenda l-Ministru tat-Turiżmu, tħallsu €17,500 talli kien hemm 70 persuna li klikkjaw fuq l-icon tal-ipad ta’ fuq l-ajruplani fejn kien hemm artiklu fuq Malta.

Għal kull klikk tħallsu €250 u €35,000 bħala total għal 140 persuna li raw l-artiklu fuq Malta. L-MTA qalet li ma tivverifikax u toqgħod li jgħidulha tant li d-dokument ta’ awtorizzazzjoni ma jinkludix id-dokumentazzjoni u l-prova li l-affarijiet saru.

Beppe Fenech Adami qal li tħallsu €50,000 għal intervista fuq is-CNBC li fiha Malta ma tissemma’ qatt. Wara l-artikli, jirriżulta li tħallsu €25,000 għal artiklu dwar il-jets privati u Hollywood; Malta ma tissemma’ imkien. Tħallsu €25,000 oħra għal artiklu dwar l-avjazzjoni wara Brexit u €25,000 oħra għal intervista li fiha Malta wkoll ma tissemma’ qatt. F’Diċembru 2016 inħarġu €1.04 miljun li għalihom m’hemmx rekords.

Fit-tieni sena ma sarx lanqas pjan finanzjarju u tal-media fejn sar kuntratt ta’ €1.5 bla pjan dwar x’sar. Fil-bidu tas-sena saret invoice ta’ €1.5 miljun minn qabel iżda m’hemmx provi ta’ x’sar fl-2017. Fl-2018 sar l-istess b’invoice f’Marzu ta’ €1.5 miljun iżda l-authrisation inħarġet qabel l-invoice.