Futbol Sport

Tkompli tonqos it-tama ta’ Inter li jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat

(Ritratt: EPA)

It-tamiet ta’ Inter li jkomplu jittamaw biex jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat komplew jonqsu wara li sfaw miżmuma minn Sassuolo f’darhom fi draw ta’ 3-3. B’dan ir-riżultat, Inter jinsabu tmien punti wara Juventus meta jonqos 11-il logħba għal tmiem il-kampjonat. Kienu Sassuolo li marru fil-vantaġġ wara biss erba’ minuti meta Filip Djuricic fetaħ tajjeb lejn FRANCESCO CAPUTO li għeleb lil Samir Handanovic b’xutt fil-baxx.

Inter ġabu d-draw fil-41 minuta meta ngħataw penalty għal fawl fuq Milan Skriniar, b’ROMELU LUKAKU ma jiżbaljax mill-11-il metru. CRISTIANO BIRAGHI daħħal lil Inter fil-vantaġġ eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima wara li rċieva mingħand Alexis Sanchez.

Sassuolo ġabu d-draw fil-81 minuta meta huma wkoll ingħataw penalty għal fawl ta’ Ashley Young fuq Mert Muldur. DOMENICO BERARDI għadda l-ballun minn taħt idejn Handanovic mill-penalty. Inter dehru li skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-86 minuta bl-Ispanjol BORJA VALERO jkompli għal ġewwa free-kick ta’ Antonio Candreva. Iżda żewġ minuti wara GIANGIACOMO MAGNANI ġab id-draw wara li tħalla waħdu minn kross ta’ Lukas Haraslin.