Arsenal irritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi. Huma għelbu barra minn darhom lil Southampton 2-0 fis-St. Mary’s Stadium. Edward Nketiah fetaħ l-iskor wara 20 minuta meta ħa vantaġġ minn żball kbir ta’ Alex McCarthy. Wara li tkeċċa d-difensur Jack Stephens, Joseph Willock irdoppja mir-rebound wara li xutt ta’ Alexandre Lacazette ġie salvat parzjalment.
Burnley serrħu rashom b’mod matematiku għal staġun ieħor fil-Premier League wara li għelbu lil Watford 1-0 f’Turf Moor. Il-gowl rebbieħ wasal fit-72 minuta bi kross mix-xellug ta’ Dwight McNeil isib lil Jay Rodriguez li b’daqqa ta’ ras fil-baxx għeleb lil Ben Foster.
//= $special ?>