Sirjan ta’ 26 sena, residenti San Ġwann ġie kundannat erba’ snin u nofs ħabs mill-Maġistrat Neville Camilleri wara li nstab ħati li kellu fil-pusses tiegħu l-pjanta kannabis, f’ċirkostanzi li juri li ma kinitx għal użu personali tiegħu.
Fil-Qorti ħareġ ukol li AlnaFouri Mohamad Nour ftit li xejn ikkopera mal-Pulizija u li sar reċediv. Huwa ġie mmultat ukoll €5,000. Il-każ kien seħħ fil-15 ta’ Marzu ta’ sitt snin ilu meta s-Sirjan kien joqgħod is-Swieqi.
Dak inhar ghall-habta tat-8.30pm il-Pulizija kellha nformazzjoni kunfidenzjali li s-Sirjan deher jaħbi xi basket wara ċint f’għalqa li tinsab fi Triq il-Gejża, Swieqi.
Meta diversi Pulizija marru fuq il-post sabu basket li fih innuttaw li kien hemm ammont sostanzjali ta’ ħaxix ħadrani suspettat haxixa tal-kannabis.
Il-kontenut tal-basket ġie elevat u meħud mill-Pulizija, intefgħu fih biċċiet ħżiena u l-basket reġa’ tpoġġa fl-istess post minn fejn kien elevat.
Wara ttieħdu numru ta’ ritratti u bdiet osservazzjoni fuq il-post. L-għada fil-15 ta’ Marzu 2014 għall-ħabta tal-5.30pm deher l-imputat jasal bil-karozza, waqaf fuq il-post, mar wara ċ-ċint u deher jiġbor il-basket u beda mixi lejn id-direzzjoni ta’ blokka bl-isem ta’ Mayfair Court, liema blokka tmiss ma’ għalqa fejn instab il-basket, fejn il-Pulizija kellhom informazzjoni li l-imputat kien jgħix.
Hekk kif is-Sirjan kien sejjer fl-entratura tal-blokka msemmija, waqaf u reġa’ dar u mexa lejn iċ-ċint. F’dan il-mument li l-Pulizija waqfu u arrestawh. Wara saret tfittxija fl-appartament tiegħu fejn kien jgħix flimkien mat-tfajla tiegħu Greta Grassi.
Fil-Qorti ħareġ li t-tfajla talimputat kienet miegħu fil-vettura hekk kif wasal bil-vettura aktar kmieni. Meta saret tfittxija fuq is-Sirjan fejn ġie nfurmat b’dak kollu li kien ġara, ngħatat l-ordni biex tinfetaħ il-bokka tal-katusa tad-drenaġġ sabiex tiġi elevata l-borża li l-imputat ingħad li kien rema’.
Minn tfittxija li saret fir-residenza kien innutat li kien hemm komodina li kellha l-wiċċ sfrundat, liema komodina kienet tinsab taħt tieqa li taghti ghall-xaft u ġie nnutat li t-tarf ta’ din it-tieqa fuq il-komodina kien mikul, qisu xi ħadd rifes fuq it-tarf tat-tieqa biex jaċċedi għal ġewwa tax-xaft.
T
kompliet tfittxija fix-xaft fejn gie nnutat li dan kien jagħti għall-appartament ieħor, it-tieqa ta’ liema appartament l-ieħor kienet imkissra u fejn ġie nnutat li kien hemm borża tal-plastik sewda li fiha kien hemm ammont konsiderevoli suspettat ta’ kannabis resin.
Pulizija qal li hekk kif kienu ser jidħlu sabiex jagħmlu tfittxija fil-boxroom, l-imputat talab biex imur fil-kamra tal-banju u hekk kif kienet
qed issirlu strip search, huwa ta s-salt, neħħa xi ħaġa mill-parti privata tiegħu, ramiha fit-toilet u fflaxxja x-xogħol suspettat droga.
Pulizija minnhom kien mar iħaffer il-konka fejn ġew imtella’ ħames pakketti suspettati grass. Mill-kamra tal-banju ġiet elevata biċċa raża li kienet taħt is-sink. Saret ukoll tfittxija fil-karozza tiegħu Alfa Romeo u ma nstab xejn relatat mad-droga.
Il-Qorti sabet lil AlnaFouri Mohamad Nour ħati tal-akkużi kollha miġjubin kontroh u nkkundannatu erba’ snin u sitt xhur priġunerija kif ukoll
għall-hlas ta’ multa ta’ €5,000. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Nikolai Sant u Frank Anthony Tabone.