Lokali

“Inwasslu l-pajjiż ‘il quddiem b’messaġġ ċar” – Ċensu Galea

Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista nfetaħ b’diskors mill-President tal-istess Kunsill Ċensu Galea, illi fakkar kif dan kien proċess ta’ riforma kien wieħed li sar bl-akbar mod trasparenti u li wassal biex l-istatut tal-PN seta’ jkun wieħed aġġornat mal-bżonnijiet ta’ partit politiku li jrid jersaq lejn in-nies.

Ċensu Galea saħaq li l-PN irid jirbaħ biex jagħmel il-ġid lill-poplu Malti. Hu stqarr li din hi l-attitudni tal-PN, waħda li jikkonvinċi lin-nies li jiggverna biss għall-ġid tan-nies u tal-pajjiż. Hu saħaq li l-PN jista’ jwassal lil dan il-pajjiż ‘il quddiem b’messaġġ ċar li jressaq lejn il-partit lil persuni minn kull qasam tas-soċjetà.

Ċensu Galea sejjaħ it-tibdil fl-istatut bħala l-bidu ta’ vjaġġ ġdid b’għodda ġdida fejn bis-serjeta nkunu prezenti f’kull rokna tal-pajjiż. Fil-bidu tal-kunsill inżammet minuta silenzju biex jitfakkru l-eks membri tal-Kunsill li m’ghandhomx maghna.