Futbol Sport

L-Awstralja u n-New Zealand se jorganizzaw it-Tazza tad-Dinja tan-nisa tal-2023

(Ritratt: EPA)

Il-FIFA ħabbret li l-Awstralja u n-New Zealand se jorganizzaw it-Tazza tad-Dinja tal-2023. Din l-edizzjoni se tkun l-ewwel waħda b’format ta’ 32 tim, bil-koppja tegħleb l-isfida tal-Kolombja bi 22 vot kontra 13.

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino ammetta li kien jippreferi tournament organizzat minn pajjiż wieħed biex jieħdu vantaġġ mill-interess dejjem jikber fil-futbol tan-nisa wara l-aħħar Tazza tad-Dinja fi Franza. L-Istati Uniti rebħet l-aħħar żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.