Lokali Parlament

Malta m’għandhiex titlef il-karatteristiċi uniċi tal-irħula u l-lokaliatjiet

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella biex l-awtoritajiet ma japprovawx proġett li jkunu qed ikissru l-karatteristiċi uniċi tal-irħula u l-lokalitajiet Maltin għaliex dawn jifformaw parti integrali mill-prodott turistiku Malti.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li t-turiżmu hu vitali għall-pajjiż u ostna li d-destinazzjoni EDEN għandhom jittieħdu bis-serjetà għaliex Malta tifforma parti minn dan in-network b’10 lokaliatjiet biex jagħtu valur miżjud. Il-gvern ma żiedx l-ammont biex jitjieb il-pakkett u m’hemmx rieda mill-MTA biex isir investiment fihom.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex l-MTA tibda tinvesti b’rieda mill-gvern u tirrikonoxxi dawn id-destinazzjonijiet ta’ eċċellenza. Hu semma’ niċeċ oħra u fosthom l-isport fejn diversi għaqdiet sportivi qed jikkontribwixxu għall-ekonomija b’rabta mat-turiżmu sportiv.

Dawn l-għaqdiet kapaċi jġib madwar 1,000 aleta fil-pajjiż f’tournaments li huma jorganizzaw; l-MTA għandha tgħin li dawn is-setturi. Minħabba l-COVID-19 dawn ħadu daqqa u jistgħu jieħdu iktar daqqiet; dan għandha tifhmu l-MTA għaliex dawn l-għaqdiet jikkontribwixxu lejn it-turiżmu sportiv. Niċċa oħra hi dik reliġjuża fejn Malta għandha valur miżjud; anki hawn l-MTA għandha tgħin.

Robert Cutajar kompla li Malta hi pajjiż żgħir iżda għandha l-kartteristiċi tal-lokaliatjiet uniċi. Jeżistu każi fejn l-MTA tintalab mill-Awtorità tal-Ippjanar biex tikkummenta fuq ċertu applikazzjonijiet kienet insensittiva. Dawn kienu applikazzjonijiet oxxeni li kissru l-karatteristiċi uniċi tal-lokalitajiet. Kull lokalità tista’ tkun ta’ valur miżjud fil-prodott turistiku tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li gvern Nazzjonalista investa fil-bajjiet blue flag iżda issa l-MTA approvat li jsiru avventimenti li setgħu rriskjaw li tintilef il-kategorija blue flag; dan seħħ b’kunċert fil-Bajja tal-Għadira. Dan m’għandux jerġa’ jsir.

Hu qal li hawn postijiet storiċi li qed jiddeterjoraw u appella biex il-Palazz ta’ Selmun ikun restawrat. Dwar l-Għadira hu appella biex ikun hemm bidla fil-pjani tal-parkeġġ fil-Bajja tal-Għadira biex il-fondi tal-eko-kontribuzzjoni li se jintefqu fil-fatt jintefqu bl-aħjar mod billi jsir parkeġġ taħt l-art. Hu qal li bħalissa qed isir xogħol ta’ drenaġġ ħdejn it-tunnara fil-Mellieħa propju bħalissa fl-eqqel tas-sajf.