Lokali Qorti

Mara tinżamm arrestata wara li nqabdet b’72 pakkett f’kokaina, eroina u kannabis

Mara ta’ 29 sena mill-Imsida nżammet taħt arrest preventiv wara li allegatament il-Pulizija sabulha fil-pusses tagħha ammont ta’ kokaina, eroina u kannabis, b’kollox 72 pakkett.

Roxanne Grech tressqet quddiem il-Neville Camilleri mill-Ispettur Justine Grech, mixlija li kellha fil-pusses tagħha l-imsemmija droga f’ċirksotanzi li ma kienux għall-użu personali tagħha u li kisret ordni ta’ sentenza sospiża.

L-Avukat Arthur Azzopardi, li deher għall-akkużata qal li se jikkontesta l-akkużi u wieġeb li l-klijenti mhijiex ħatja. Huwa għamel ukoll talba għal libertà proviżorja, fejn argumenta li ma hemm l-ebda xhieda pajżana li jridu jiddeponu f’dan il-każ.

L-Ispettur Grech qalet li l-Pulizija arrestaw lil mara wara li rċevew informazzjoni kunfidenzjali li kienet involuti fiċ-ċirku tad-droga. Minkejja li kkoperat mal-Pulizija, l-fatt jibqa’ li l-mara kellha fuqha 72 pakkett bid-droga waqt l-arrest, u kien għalhekk hija qalet li kienet qed toġġezzjona għal libertà proviżorja.

Il-Maġistrat NevilleCamilleri, wara li ħa konttan-natura tal-akkużi u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, ċaħad it-talba tad-difiża minħabba li ma kienx konvint li hija kienet se toqgħod għall-kundizzjonijiet li timponi l-Qorti.