Lokali

Marco Bonnici elett mill-ġdid bħala President tal-MUT

Il-proċess elettorali li kien mmexxi minn Erremme Business Advisory Limited biex jeleġġi l-President, Viċi President Anzjan, Kunsill tal-MUT u taqsimiet oħra issa huwa konkluż.

Marco Bonnici ġie elett mill-ġdid bħala l-President tal-MUT filwaqt li Elaine Germani ġiet eletta bħala l-Viċi President il-ġdid anzjan.

Filwaqt li tifraħ lill-membri eletti, l-MUT tirringrazzja lill-kandidati kollha u lill-membri kollha għall-appoġġ kontinwu tagħhom. L-MUT tirringrazzja wkoll l-eks Viċi President Norman Grech li qed jirtira.