Lokali

Sa Marzu kellna 9,000 persuna mingħajr xogħol

Matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena, bejn Jannar u Marzu, il-persuni bla xogħol kienu jammontaw għal iktar minn 9,000.  Dan joħroġ minn cifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika.

Ir-rata tal-qgħad f’pajjizna għal dan il-perjodu kienet ta’ 3.3 fil-mija.

Il-perijodu li ghalih tirreferi din l-istatistika ma jinkludix id-daqqa tal-pandemija. Fil-fatt, l-effett tal-Covid fuq is-suq tax-xoghol għadu jrid johrog fi statistika futura.

Din l-istatistika turi li matul l-ewwel kwart tal-2020, kien hemm żieda ta’ 5.5 fil-mija fl-impjiegi meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Is-salarju bażiku annwali tal-impjegati kien ta’ ftit iktar minn €20,000, bl-ogħla salarju bażiku jkun reġistrat fis-settur finanzjarju u dak tal-assigurazzjoni.