Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal Somalu li ppoża bla ħwejjeġ u ħebb għall-Pulizija

Raġel bi problemi mentali u lu huwa mis-Somalja ingħata sentenza sospiża wara li waqt li kien għaddej minn Triq San Ġorġ, San Ġiljan bla ħwejjeġ huwa ħebb u weġġa’ żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija.

Ir-raġel ta’ 30 sena, li mhux qed jiġi msemmi għal raġunijiet ta’ kompassjoni, tressaq quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri akkużat li kkaħuna ħsara fil-ġisem fil-konfront ta’ żewġ uffiċjali tal-pulizija fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan waqt li kienu qed iwettqu dmirijiethom.

Huwa ġie akkużat ukoll li weġġa ħafif lill-uffiċjali, li ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija, li pprova juża l-forza kontrihom, li fixkel il-paċi pubblika u li wettaq reat kontra d-deċenza jew il-morali f’post pubbliku u li jesponi ruħu fil-pubbliku.

L-inċident in kwistjoni seħħ fi Frar, iżda r-raġel kien sadanittant ġie ammess għall-kura psikjatrika u għaldaqstant ma kienx possibbli li jitressaq qabel.

Id-difiża ma kkontestatx il-validità tal-arrest, u infurmat lill-qorti li l-akkużat kien se jirreġistra ammissjoni. L-akkużat fil-fatt wieġeb ħati tal-akkużi.

Kemm il-Prosekuzzjoni kif ukoll id-Difiża talbu li r-raġel jingħata sentenza sospiża jekk huwa possibbli. Il-Qorti, kkundannat lir-raġel għal sena ħabs, sospiża għal tliet snin, flimkien ma ‘multa ta’ €800 u ordni ta’ trattament obbligatorju. Inħarġet ukoll ordni ta ’protezzjoni favur iż-żewġ uffiċjali tal-pulizija midruba fl-inċident. L-Ispettur Joseph Xerri tressaq il-Qorti. L-Avukata Charmaine Cherrett kienet avukata tad-difiża.