Lokali Qorti

Sentenza sospiża u multa ta’ €3,000 wara li nqabad bl-ecstacy

Raġel ta’ 41 sena mill-Ħamrun ġie kundannat 16-il xahar ħabs sospiċi għal tliet snin u mmultat €3,000 fuq każ ta’ droga li jmur lura 13-il sena. Habier Grech nstab ħati li fit-18 ta’ Frar tal-2007 kellu fil-pusses tiegħu d-droga ecstacy f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu. Huwa nstab ħati wkoll li kellu l-pjanta kannabis

Fit-18 ta’ Frar 2007, id-Drug Squad irċeviet informazzjoni li l-imputat kien se jkun fil-pussess ta’ droga u li kien se jkun fl-inhawi ta’ Birżebbuġa. Kienu ntbagħatu l-Pulizija fl-inħawi sabiex ifittxuh fejn kien qed isuq karozza tal-marka Peugeot.

Għall-ħabta ta’ nofsinhar huwatwaqqaf fl-inħawi tal-Marsa u li wara li saret tfittxija fil-karozza tiegħu kienu nstabu tliet pakketti tas-sigaretti li kien fihom sustanza kannella u xi pilloli suspettati ecstasy. Grech kien qal lill-Pulizija li kien jaħdem bhala delivery man.

Kuntistabbli li waqqaf il-karozza tal-imputat xehed fil-Qorti li mill-bieba tal-vettura eleva tliet pakketti tas-sigaretti li kellhom ammont ta’ pilloli suspettati ecstasy u biċċtejn reżina. Maġenbu kien hemm borża trasparenti li kien fiha 10 bicciet reżina.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li ħadet inkunsiderizzajoni tan-natura tar-reati fil-konfront tal-imputat fosthom il-kondotta, ix-xhieda mogħtija mill-care worker, mill-Psikologa u l-fatt li jirriżulta li din hija l-unika kawża li l-imputat ghandu pendenti, l-fatt li jirrizulta li l-Bord tar-Riabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga kien sodisfatt bil-proċess ta’ riabilitazzjoni tal-imputat

Li l-attitudni ta’ Grech tidher li hija waħda posittiva u konformi ma’ stil ta’ ħajja stabbli. Il-fatt li huwa rnexxielu jaħdem fuq il-vizzju tiegħu u kkopera u li hu għandu intenzjonijiet tajba biex ikompli jaħdem ghal stil ta’ hajja stabbli. Barra minn hekk huwa sħab f’kumpanija tat-trasport u jaħdem bla heda biex isostni ‘l familja tiegħu u jarahom kuntenti.

Hu jsemmi li jixtieq igawdi lill-familja tieghu, partikolarmnt lil bintu, mingħajr ħsibijiet żejda fuq mohhu. Kif ukoll li għadda ħafna żmien minn meta seħħ il-każ. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Norbert Ciappara u Kevin Pulis.