Lokali

Ċelebrazzjoni ta’ ħajjet Nicole Bezzina b’risq Puttinu

Il-ħbieb ta’ Nicole Bezzina, it-tfajla ta’ 19-il sena li sfortunatament ħallietna il-Ħadd li għadda, illejla se jorganizzaw attivita’ b’ċelebrazzjoni tal-ħajja tagħha fil-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta.

F’din l-attivita’, li kulħadd hu mistieden għaliha, se tkun imfakkra Nicole. Se jkun hemm tluq ta’ bżieżaq (li se jinġabru wara l -attivita’). Waqt l-attivita’, se jkun hemm ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu.

Hu mitlub li kulħadd jilbes abjad jew kuluri vivaċi. L-Attivita’ tibda fis-6p.m.