Lokali

“Dan hu statut mibni mill-għeruq” – Francis Zammit Dimech

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Il-Ħamis filgħaxija – pass storiku għall-Partit Nazzjonalista hekk kif b’vot unaninimu ġie approvat l-istatut ġdid; statut li qed jiftaħ kapitlu ġdid għall-Partit.

Dan l-Istatut jkompli jsaħħaħ il-missjoni tal-Partit, li jkun wieħed li għandu l-għan li jservi, li jagħti valur lil kull persuna u jkun aktar strutturat u kkordinat. 

L-istatut il-ġdid issa ħoloq aktar distinzjoni bejn il-Partit u l-lat kummerċjali, immodifika l-irwoli ta’ xi karigi biex ikunu aktar effettivi,  waqqaf Kumitat ta’ Tmexxija biex tissahhah l-istrateġija, u ħoloq  Tliet kummissjonijiet – waħda għall-Kandidati, waħda għall-Etika u Dixxipplina, u l-Kummissjoni Elettorali u Data.

Fl-ewwel kummenti li ta l-approvazzjoni tal-bidliet fl-istatut, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech qal li dan l-istatut huwa wieħed li nbidel mill-egħruq.

Il-Kunsill Ġenerali jagħlaq nhar il-Ħadd b’diversi diskorsi fosthom dak tal-Kap tal-Partit PN Adrian Delia.