Iż-żgħożija huwa żmien ta’ esperimentazzjoni, iżda studji juru li aktar ma wieħed jibda jesperimenta bid-droga ta’ età żgħira, aktar kbira tkun il-probabiltà li dan jiżviluppa problemi fit-tul b’rabta mal-użu tad-droga.
Dan minbarra l-konsegwenzi negattivi li jġib miegħu l-użu tad-droga, persuna li tkun tuża għandha aktar ċans li jkolla problemi fir-relazzjonijiet personali, li tispiċċa involuta f’attività kriminali, u li tiżviluppa kumplikazzjonijiet mediċi.
Studji wrew konsistentement li l-użu ta’ sustanzi, inkluż l-alkoħol u n-nikotina, minn età żgħira għandha effetti devastanti u li jdumu fuq il-moħħ, li sa 25 sena jkun għadu qed jiżviluppa.
Il-fondazzjoni OASI nhar is-26 ta’ Ġunju tfakkar id-29 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Dan il-jum huwa wkoll il-Jum Dinji Kontra l-Użu tad-Droga u t-Traffikar. F’din il-ġurnata, OASI tixtieq toħloq kuxjenza dwar il-fatt li wieħed m’għandux jirrikorri għal drogi għal uzu rikreattiv.
Fi stqarrija li ħarġet għall-okkażjoni, OASI temmet bl-islogan li l-Fondazzjoni bdiet il-missjoni tagħha biha – “il-ħajja hija sabiħa”, u għaddiet messaġġ li dejjem hemm it-tama għal dawk li bħalissa jinsabu vittmi tal-vizzju.
//= $special ?>