Sport Sport Ieħor

Il-President il-ġdid tal-Beach Soccer Pio Vassallo f’laqgħa mal-President tal-MFA Bjorn Vassallo

Il-President il-ġdid tal-Beach Soccer Pio Vassallo ltaqa’ mal-President tal-MFA Bjorn Vassallo, ftit jiem wara li nħatar kumitat ġdid tal-assoċjazzjoni. Fil-laqgħa ġiet diskussa l-viżjoni tal-assoċjazzjoni tal-Beach Soccer, sport li kien fil-programm elettorali li bih ġie elett Vassallo.

Ġew diskussi wkoll diversi ħsibijiet biex l-isport jagħmel qabża ta’ kwalità u ħarġu l-ideat ta’ tournament li jista’ jsir f’dan is-sajf, il-parteċipazzjoni ta’ plejers fil-kampjonat nazzjonali hekk kif jintemm is-sajf kif ukoll il-ħolqien tat-tim nazzjonali biex ikun jista’ jipparteċipa f’kompetizzjonijiet internazzjonali.