Juventus kisbu l-ħames rebħa konsekuttiva fis-Serie A meta ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Lecce 4-0 fl-Allianz Stadium. B’din ir-rebħa, Juventus issa jinsabu seba’ punti fuq Lazio u 11-il punt fuq Inter b’logħba aktar. Ir-rebħa għat-tim ta’ Maurizio Sarri waslet wara superjorita numerika ta’ kważi siegħa minħabba li fit-32 minuta tkeċċa Fabio Lucioni għal fawl fuq Rodrigo Bentancur.
Il-gowls kollha waslu fit-tieni taqsima, bl-Arġentin PAULO DYBALA jiftaħ l-iskor fit-53 minuta b’konklużjoni minn barra l-kaxxa wara żball fid-difiża ta’ Lecce. CRISTIANO RONALDO rdoppja fit-62 minuta minn penalty wara li hu stess twaqqa’ fil-kaxxa. Is-sostitut GONZALO HIGUAIN għamilhom tlieta fit-83 minuta wara li rċieva mingħand Cristiano Ronaldo, bid-difensur MATTHIJS DE LIGT jissiġilla r-rebħa tliet minuti wara b’daqqa ta’ ras mill-qrib.
Serie A
Illum: Juventus v Lecce 4-0
Għada: Brescia v Genoa 5.15pm, Cagliari v Torino 7.30pm, Lazio v Fiorentina 9.45pm
Il-Ħadd: Milan v Roma 5.15pm, Napoli v Spal 7.30pm, Sampdoria v Bologna 7.30pm, Sassuolo v Verona 7.30pm, Udinese v Atalanta 7.30pm, Parma v Inter 9.45pm
//= $special ?>